Żwiemel u karozzi se jagħlqu xi toroq għal 20 siegħa

Transport Malta qed tavża li għada s-Sibt, bejn nofsinhar u s-6pm se tingħalaq Triq it-Tiġrija, qrib it-Telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat minħabba tiġrijiet taż-żwiemel.
Il-Ħadd bejn is-6am u s-7pm minħabba l-Imdina Grand Prix se jingħalqu għat-traffiku Triq l-Infetti, Triq il-Vapuri, triq l-Għarreqin, u Triq Lorenzo Calleja fl-Imdina, kif ukoll Triq Maltin Internati u Eżiljati u Triq Kavallieri vincenzo Bonello fl-Imtarfa.
Se jkun hemm is-servizz ta’ Park and Ride minn Triq l-Infetti fl-Imdina għall-Bypass tal-Imtarfa u qrib il-Villa Rumana.