“Żwiemel jitlibbsu borża sewda u jitħallew jifgaw”

  • “Qtil attroċi taż-żwiemel fi rziezet bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ”
  • Investigazzjoni mill-Pulizija dwar ġlied bejn il-klieb
  • “Il-ġlied bil-klieb qatt ma waqaf”

Żwiemel li jweġġgħu u ma jibqgħux tajbin għat-tiġrijiet qed jitlibbsu borża sewda u jitħallew jifgaw. Dan qalu d-Deputat Nazzjonalista Mario Galea f’waħda mill-aħħar seduti tal-Parlament qabel il-btajjel tal-Għid. Huwa ddeskriva dan bħala “qtil attroċi”.

Mario Galea żied jgħid li minn informazzjoni li għandu, dan qed isir fi rziezet bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija tinvestiga ġlied organizzat tal-klieb

L-istess Deputat Nazzjonalista rrefera wkoll għall-ġlied bejn il-klieb. Fi kliemu, qed jerġgħu jiġu organizzati sessjonijiet ta’ ġlied. Skont it-Times of Malta, Mario Galea għadda l-informazzjoni li kellu lis-Segretarju Parlamentari għall-Ħarsien tal-Annimali Clint Camilleri, li min-naħa tiegħu għaddihom lill-Pulizija biex tinvestiga.

Kukkudrilli fil-house visits; ġemel fuq dgħajsa f’Marsaxlokk

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt il-ġlied illegali tal-klieb isir fil-jum tal-Ħadd meta jkun għadu qed jisbaħ.

“Il-ġlied organizzat qatt ma waqaf”

Attivisti favur l-annimali qalu li l-ġlied organizzat tal-klieb qatt ma waqaf. u oħrajn li għandhom għal qalbhom il-klieb u l-qtates, irreaġixxew bil-qawwa kontra l-ġlied organizzat. Insistew li jekk jinqabad min ikun qed iġelled il-klieb, għandu jingħata l-eħrex piena.

Annimali: Min jaħqarhom iħallas; min jaddottahom jitħallas

Il-moħqrija tal-annimali tiġi f’diversi forom. Aktar kmieni dan ix-xahar f’Għawdex kelb sab ballun ikkapuljat li kien fih il-velenu.

Ritratti: Kelb isib ballun kapuljat bil-velenu fix-Xagħra