Żviluppatur fil-Belt jitħan plakki storiċi

Plakki storiċi ta’ żmien l-Ingliżi kienu fil-mira ta’ żviluppatur li qed jirranġa u jibni post fi Triq in-Nofsinhar fil-Belt Valletta.
Il-Perit Simone Vella Lenicker innutat dan meta kienet miexja f’din it-triq partikolari filwaqt li spjegat li l-iżvilupp qed isir bieb ma’ bieb mal-uffiċini l-qodma tal-Kunsill Lokali tal-Belt.
Fuq Facebook hija qalet li dan huwa eżempju ta’ qsim il-qalb li juri d-disprezz kollettiv tal-wirt Malti.
Jidher li l-iżviluppatur fetaħ bieb ta’ garaxx mal-faċċata ta’ binja antika li kienet turi plakki tal-ħanut Gieves li kien ibiegħ ħwejjeġ u affarijiet oħra lil suldati Ingliżi li kienu jaħdmu mal-flotta navali Ingliża. Dawn il-plakki tkissru biex jitpoġġa travu għall-ftuħ ta’ bieb ġdid.
Vella Lenicker spjegat li minn riċerka li għamlet sabet riklamar ta’ Gieves li juri li l-bażi tiegħu f’Malta kienet fi Triq in-Nofsinhar.
Il-Perit kitbet lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u anki lill-Awtorità tal-Ippjanar dwar dan il-każ.
Dawn huma uħud mir-reklamar li kien isir minn Gieves: