Żvilupp fil-kundizzjoni tal-Kuntistabbli Schembri

Qed jaqleb għall-aħjar il-kuntistabbli Simon Schembri, li fil-15 ta’ Mejju li għadda ġie aggredit b’karozza minn żagħżugħ ta’ 17-il sena.
Dan hekk kif dalgħodu ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei. Għal xi jiem kien qed jissielet għal ħajtu. 
Newsbook.com.mt hu infurmat li Schembri qed jitkellem.
Il-każ seħħ qabel it-8am fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa, meta l-pulizija ppruvaw iwaqqfu ż-żagħżugħ u talbuh id-dokumenti. Iż-żagħżugħ laqat uffiċjal li spiċċa mkaxkar għal numru kbir ta’ metri.
Iż-żagħżugħ jinsab mixli b’attentat ta’ qtil.