Filmat: Żvilupp f’żona li tista’ tinkludi ipoġew

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=1GvsOd_K_4s]

Il-Partit Demokratiku qed jikkritika xogħlijiet li għaddejin bħalissa b’rabta ma’ żvilupp fiż-żona storika magħrufa bħala Wesgħa tal-Ġganti fil-Mosta.
Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku qal li s-Soċjetà Maltija tal-Arkeoloġija taħseb li għad fadal ħafna xi jkun skopert f’din iż-żona fosthom saħansitra ipoġew.
Qabel inħareġ il-permess għal dan il-proġett, esperti kienu qalu li hemm bżonn iżjed studji fuq il-post.
Minkejja dan, il-Partit Demokratiku qal li s-Sovratindenza tal-Patrimonju Kulturali ftit li xejn ordnat li jkun hemm monitoraġġ waqt ix-xogħol u ma oġġezzjonatx għalih.
L-iżvilupp se jkun jinkludi showroom, ħames maisonetts, seba’ appartamenti, erba’ penthouses u 18-il garaxx.
Il-Partit Demokratiku qal li għal darb’oħra is-Sovratindenza u l-Awtorità tal-Ippjanar ddiżżapuntaw lill-Maltin u saħaq mill-ġdid fuq il-bżonn ta’ Masterplan Nazzjonali dwar l-iżvilupp u anke Konvenzjoni Kostituzzjonali li tassigura l-indipendenza tal-istituzzjonijiet Maltin.