Żvilupp Dwejra: 15-il NGO jappellaw fil-Qorti; is-smigħ fis-16 ta’ Ottubru

BirdLife Malta, f’isem 15-il NGO oħra, appellaw fil-Qorti dwar l-iżvilupp tad-Dwejra. Is-smigħ se jsir fis-16 t’Ottubru.

Dawn l-organizzazzjonijiet ngħaqdu sabiex jiġbru l-flus f’tentattiv biex jappellaw kontra iżjed żvilupp fid-Dwejra, Għawdex. Dan wara li t-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar qaleb id-deċiżjoni oriġinali tal-Awtorità tal-Ippjanar li m’għandux isir aktar żvilupp fid-Dwejra.

Aqra: Jiġbru l-flus biex jappellaw kontra l-iżvilupp fid-Dwejra

Il-mira kienet li jinġabru €2,000 iżda wara kien ġie mħabbar li permezz tad-donazzjonijiet mill-għaqdiet u mill-pubbliku nġabru ‘l fuq minn €3,000.

Żvilupp fid-Dwejra: 15-il għaqda jiġbru €3,000 biex jappellaw

L-għaqdiet sostnew li billejl dan il-post jaf joffri veduti spettakolari tas-sema mdallam u l-kwiekeb filwaqt li ċ-Ċiefa, li huwa għasfur tal-baħar ikoniku, tuża dawn l-irdumijiet bħala l-post fejn tbejjet. Kemm it-tniġġis mid-dawl kif ukoll kwalunkwe żieda fl-iżvilupp jagħmel il-ħsara lil dawn l-inħawi.

Aqra: L-ERA se toġġezzjona għall-iżvilupp fid-Dwejra – Herrera

L-għaqdiet parteċipi huma BirdLife Malta, Bicycle Advocacy Group, Din l-Art Ħelwa, FAA Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Isles of the Left, Light Pollution Awareness Group, Moviment Graffitti, Nature Trust – FEE Malta, Ramblers Malta, Archaeological Society Malta, The Astronomical Society of Malta, Institute of Space Sciences and Astronomy – ISSA – University of Malta, Wirt Għawdex u Żminijietna – Voice of the Left.

Following the overwhelming support from the general public who donated more than €3,000 in two days, BirdLife Malta on…

Posted by BirdLife Malta on Wednesday, July 17, 2019