Zverev għas-semi-finali tal-ATP

Rafael Nadal tilef iċ-ċans biex jikseb post fl-aħħar erba’ tal-ATP Finals. Mill-banda l-oħra Alexander Zverev rebaħ il-logħb tiegħu biex b’hekk għadda għas-semi-finali f’Londra.

Nadal,  li rebaħ kontra Stefanos Tsitsipas 6-7 (4-7) 6-4 7-5 wara nofsinhar, kellu bżonn lil Daniil Medvedev jirbaħ kontra Zverev biex ikun jista’ jikseb postu mal-aħħar erbgħa. Madankollu, Zverev rebaħ biex b’hekk elimina lil Nadal.

Zverev se jkun qed jilgħab kontra Dominic Thiem u Tsitsipas se jkun qed jilgħab kontra Roger Federer fit-tieni semi-finali.