Żvelati l-ismijiet għall-ballun tad-deheb

Ir-rivista sportiva Franċiża L’Equipe żvelat it-tletin isem illi potenzjalment jistgħu jirbħu l-ballun tad-deheb fl-aħħar ta’ din is-sena.
Fost il-plejers l-iktar favoriti li jirbħu dan l-unur insibu lil Lionel Messi, Neymar, Luis Suarez, Harry Kane u Robert Lewandowski.
Skont ir-rivista Franċiża jibqa’ favorit li jieħu dan l-unur il-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo filwaqt li jista’ jkun hemm sorpriża ta’ Kylian Mbappe illi ngħaqad ma’ PSG fl-aħħar ta’ dan is-sajf.
Is-sena l-oħra kien Ronaldo illi rebaħ il-ballun tad-deheb wara li kellu staġun formidabbli bir-rebħ tal-EURO 2016 u ċ-Champions League ma’ Real Madrid.