Żvelati l-aħħar mumenti ta’ ħajjet Alfie

Rivelazzjonijiet ta’ qsim il-qalb ħarġu dwar l-aħħar sigħat ta’ Alfie Evans, it-tarbija ta’ 23 xahar li l-isptar Alder Hey fl-Ingilterra tfielu l-magni wara li l-ġenituri tilfu kawża kontrihom fil-Qorti.
Skont il-ġurnal La Nuova Bussola Quotidiana, Alfie, li kien qed issofri minn kundizzjoni rari tal-moħħ, kien qed juri sinjali promettenti ħafna sa sagħtejn qabel miet, iżda dan inbidel totalment wara li infermier tah taħlita ta’ mediċini mhux magħrufa.
Sagħtejn qabel ma miet, kemm l-ossġnu kif ukoll it-tħabbit tal-qalb kienu regolari. Kawża ta’ dan, missieru kien qed jaħseb li l-isptar kien se jirrilaxxa lil ibnu.
Ftit wara, infermier daħal fil-kamra fejn kien hemm Alfie u familtu u qal li se jagħti xi mediċini lit-tifel sabiex jgħinu. Iżda wara 30 minuta, l-ossiġnu waqa’ u ftit tal-ħin wara Alfie miet.
Minkejja li kien hemm min qal li dan mhux vera seħħ, persuni oħra sostnew li l-magna li kienet qed tgħin lil Alfie jieħu nifs u jgħix tneħħiet mingħajr ma tat ċans lit-tifel jidhra mingħajra bilmod. Xi ħaġa li sostnew qanqlet stress kbir fuq ġisem it-tifel.
Rapporti jgħidu kif malli tneħħewlu l-magni li kienu qed iħaddmu l-pulmun tat-tifel, immedjatament ġie infettat u kien hawn meta missier Alfie, Thomas, talab biex ituh l-antibijotiċi.
Minkejja li l-missier talab fuq li talab għall-ossiġnu u l-ilma għal ibnu, l-isptar baqa’ jirrifjuta li jagħmel dan sakemm irrimarka li l-pjan li ftehmu fuqu fil-Qorti ma kienx jinkludi ordni biex Alfie ma jingħatax ossiġnu jew ikel u xorb.
Alfie rnexxielu jkompli jissielet għal ħajtu għal disa’ sigħat wara li l-isptar waqaf jgħinu, u għal total ta’ 36 siegħa mingħajr ħalib, minkejja li tarbija ta’ 23 xahar ikollha bżonn ikell kull erba’ sigħat.