Żvelata l-lista ta’ multi li jistgħu jeħlu l-plejers ta’ Chelsea

lampard

Is-sistema ta’ penali li Frank Lampard implimenta għat-tim ġew ippublikati ftit tas-sigħat ilu. Skont kif tixhed il-lista ta’ multi, Lampard qed iżommilhom iebes.

Chelsea bħalissa qegħdin fit-tielet post fil-Premier League u l-plejers iż-żgħar qed jifjorixxu taħt it-tmexxija ta’ Lampard.

Il-lista ta’ multi ġiet żvelata ftit tas-sigħat ilu u wieħed jista’ jifhem aħjar l-għaliex il-plejers huma aktar iddixxiplinati taħt il-maniġer li relattivament għandu nuqqas ta’ esperjenza f’dan l-irwol.

Uħud mill-multi jlaħqu l-£20,000 għal min jasal tard għat-training. Min imur tard għas-sessjoni tal-gym jew iċempel waqt ħin l-ikel jeħel £1,000 u għal kull minuta li jkunu tard għal laqgħa bejn it-tim, jeħlu £500.

Il-multi jirduppjaw jekk il-plejer ma jħallasx il-multa fi żmien ġimgħatejn!