Żvelat proġett sigriet bejn Apple u l-Gvern Amerikan

Apple għenet lill-Gvern Amerikan jiżviluppa iPod sigriet li kellu sensors moħbija ġo fih. Dan ġie żvelat minn eks impjegat tal-kumpanija li ftit tal-jiem ilu saret l-ewwel kumpanija Amerikana li l-valur tagħha laħaq $2 triljun.

Skont rapport mill-BBC l-eks software engineer ta’ Apple David Shayer żvela kif erba’ persuni biss mill-kumpanija kollha kienu jafu b’dan il-proġett sigriet.

Huwa qal kif fl-2005 żewġ kuntratturi tad-difiża Amerikana kienu marru għand Apple f’isem id-Dipartiment tal-Enerġija Amerikan u talbu l-għajnuna tagħhom biex jibnu iPod li jidher u jaħdem bħal iPod normali imma li minn ġewwa jkun fih hardware apposta li jirrekordja d-dejta b’mod sigriet.

Shayer qal li Apple kienet aċċettat u għenet lill-inġiniera jibnu din il-verżjoni sigrieta u unika tal-iPod billi ħolqot software apposta biex jakkomoda lil dan l-apparat sigriet. Huwa qal li dawn iż-żewġ inġiniera kienu damu jaħdmu fuq dan il-proġett għal xhur sħaħ mill-uffiċini tal-Apple stess. Huwa temm jgħid kif dan