Żuru l-wirja ta’ Picasso u Miró biex ixxerrdu l-paċi – Il-President

Il-President ta’ Malta apellat lill-poplu Malti u Għawdxi biex iżur il-wirja tal-arti li tinkludi xogħlijiet ta’ Picasso u Miró biex jaqsam u jxerred messaġġ ta’ rispett, soliderjetà, u paċi.
Nhar il-Ġimgħa li għadda l-President nediet l-esebizzjoni tal-arti li qed tiġi organizzata mill-Uffiċju tal-President, Fundación Mapfre, u l-Fondazzjoni Patrimonju Malti.
Fi stqarrija, il-President qalet li l-esebizzjoni qed tibgħat messaġġ ta’ konnessjoni permezz tal-arti.
Ritratt: OPR