Żur Xrobb l-Għaġin fl-Open Day

Nature Trust ħabbret li qed torganizza Open Day għada fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin fejn l-attivitajiet huma ppjanati li jibdew mill-10am u jispiċċaw fl-4pm.
Dawk li jżuru dan il-park jistgħu jsegwu numru ta’ mixjiet li qed jitħejjew għall-parteċipanti filwaqt li jipparteċipaw f’sessjoni ta’ edukazzjoni minn Fondazzjoni Wirt Artna u jaraw esebizzjoni minn Wirt iż-Żejtun, b’ritratti tal-artist Charles Mifsud.
Se jkollhom iċ-ċans ukoll li jiltaqgħu mat-tim ta’ Nature Trust u jesperjenzaw il-park fl-istaġjun tar-rebbiegħa.