Żumba għal kulħadd b’risq id-Dar tal-Providenza

Għat-tielet sena konsekuttiva fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca l-Blata l-Bajda se ssir l-attività Zumba4DTP, b’risq id-Dar tal-Providenza.
Dan bil-għan li waqt li jiġi promoss stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa u eżerċizzju fiżiku, filwaqt li jinġabru l-fondi. Fuq il-post se jkun hemm ukoll nutritionists li se jkunu qed jagħtu pariri dwar l-ikel.
Zumba4DTP se ssir il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru fis-sala prinċipali tal-iskola. Fis-6.30pm tibda ż-Zumbatomic, klassi għat-tfal ta’ bejn l-4 u t-12-il sena, segwit minn logħob u face-painting.  
Fis-7pm tibda sessjoni tal-adulti minn diversi instructors immexxija minn Graziella Buttigieg, il-moħħ wara din l-attività. L-adulti jħallsu €5 u t-tfal €2.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lil Graziella Buttigieg fuq 79876218 jew lil Sonia Young fuq 79020253, jew jibgħat imejl fuq zumba4dtp@gmail.com.
Zumba4DTP tiġi organizzata bħala parti mill-kampanja li jorganizza radju RTK fl-ewwel tas-sena għad-Dar tal-Providenza, u tittella’ b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard kif ukoll tal-Kunsill Malti għall-Isport.