Zuckerberg jiskuża ruħu dwar l-iskandlu ta’ Cambridge Analytica u jaħlef azzjoni dwaru

Il-fundatur ta’ Facebook, Mark Zuckerberg, skuża ruħu pubblikament, u ammetta li l-mezz soċjali tiegħu wettaq żbalji li wasslu biex informazzjoni mingħahnd miljuni ta’ profili tal-Facebook tkun użata mingħajr il-kunsens mingħand kumpanija ta’ konsultazzjoni politika.
Il-każ huwa dwar il-kumpanija Cambridge Analytica, li qed tiġi akkużata li użat l-informazzjoni tan-nies fuq Facebook f’isem xi politiċi.
Fi stqarrija Zuckerberg ammetta li dan ifisser ksur tar-regolamenti dwar il-fiduċja li għandu jkun hemm bejn min juża l-Facebook u l-kumpanija stess.
Cambridge Analytica, kumpanija bbażata f’Londra, qed tkun akkużata li użat l-informazzjoni personali ta’ 50 miljun membru ta’ Facebook biex tinfluwenza r-riżultati tal-elezzjoni Presidenzjali tal-2016 fl-Istati Uniti.
Kien għalhekk ukoll li lbiraħtlula Zuckerberg intalab jidher quddiem il-Kungress Amerikan, u qal li ħassu kuntent li ntalab jagħmel hekk, filwaqt li ħalef li Facebook se jaħdem biex dawk l-applikazzjonijiet fuqu li għenu biex tintuża mingħajr il-kunsens din l-informazzjoni jiġu identifikati u jitwaqqfu.
Sadanittant, nhar l-Ġimgħa, Facebook issospenda ’l-kumpanija tad-data Cambridge Analytica.
“Għandi r-responsabbiltà li nipproteġi l-informazzjoni tad-dejta tagħkom, u jekk mhux jirnexxili nagħmilha, mela ma ħaqqnix inservikom”, qal f’kumment Zuckerberg.
Fost l-oħrajn ħalef li jinvestiga kull applikazzjoni li tintuża b’Facebook li kienet timmaniġġja ammont kbir ta’ informazzjoni qabel ma nbidlet il-pjattaforma fl-2014, li jagħmel awditjar sħiħ u forensiku fuq dawn l-applikazzjonijiet, jipprojbixxi lil kull żviluppatur ta’ xi applikazzjoni li ma jaċċettax li jsirlu daan l-awditjar, u jkeċċi lil kull żviluppatur li uża l-informazzjoni tan-nies b’mod żbaljat, u jugżah lil kull min ġie affettwat.