Zuckerberg jagħti €4.3 miljun biex immigranti jistudjaw

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, Mark Zuckerberg flimkien ma’ martu Priscilla, ta donazzjoni ta’ €4.3 miljun għal fond li joffri boroż ta’ studju lill-immigranti irregolari li ma jkollhomx dokumenti.
Zuckerberg qal li d-donazzjoni tiegħu se tgħin lil iktar minn 400 immigrant fil-ħames snin li ġejjin.
Bħalissa tinsab għaddejja l-kampanja I’m In li tnediet minn TheDream.us, fond ta’ boroż ta’ studju għall-immigranti bla dokumenti.
Il-fond twaqqaf għall-istudenti li marru l-Istati Uniti bħala immigranti tfal.