Iżrael jirritalja b’aktar attakki ħorox f’Gaża

Qed jerġa’ iberraq f’Gaża bejn Iżrael u l-militanti tal-Ħamas hekk kif l-Gvern Iżraeljan wettaq l-egħrex attakk sa mill-gwerra tat-2014 ‘il hawn.

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li dan seħħ f’ritaljazzjoni għal madwar 90 rocket li ġew sparati fuq Iżrael. F’dawn l-attakki weggħu tliet Iżraeliti.

Intant, l-awtoritajiet tas-Saħħa Palestinjani qalu li żewġ persuni mietu u tnax ndarbu fl-attakki mill-arju li saru fuq Gaża s-Sibt filgħaxija.