Żona kbira f’Ħ’Attard mhux se tiġi żviluppata

Il-Bord tal-MEPA ċaħad applikazzjoni li kellha twassal għal żvilupp kbir f’Ħ’Attard.
Dan il-bini kellu jitla’ f’żona 'l barra minn fejn seta' jsir żvilupp, fi Triq Mikiel Xerri fuq medda ta’ 18,110 metru kwadru.
L-applikazzjoni kienet għal appartamenti fuq tliet sulari u penthouses, kif ukoll villel f’żona oħra.
Għal-laqgħa tal-Bord ħadu sehem rappreżentanti tar-residenti, membri tal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, il-Whip tal-Partit Nazzjonalista David Agius u l-kelliem tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo.
Residenti u rappreżentanti tat-tliet partiti ewlenin ipprotestaw kontra l-iżvilupp.