Żona abbandunata se tinbidel fi ġnien

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li żona abbandunata ta’ 5,000 metru kwadru bejn il-Port Ħieles u l-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa se tinbidel fi ġnien u spazju rikreattiv.
F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Mizzi qal li l-proġett se jsir bħala parti mill-ftehim għall-estenzjoni tal-liċenzja u l-kera tal-Malta Freeport Terminals għal 30 sena oħra. Spjega li dan qed isir skont il-ftehim tal-koċnessjoni tal-2004.
Huwa qal li l-proġett tal-ispazju rikreattiv se jiġi ffinanzjat mill-Port Ħieles biex il-ħidma tal-Port Ħieles titbiegħed mir-residenti ta’ Birżebbuġa.
Spjega wkoll li b’dan il-ftehim, se jsir anke parkeġġ fuq art tal-Port Ħieles għar-residenti.
Ritratt: MOT