“Żomm id-distanza” – twissija mal-bankini tal-Kalkara

Wayne Aquilina, Sindku tal-Kalkara

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina qal fuq Facebook li bħala Kunsill Lokali xtaqu jkunu proattivi f’din is-sitwazzjoni kurrenti. B’hekk għamlu sinjali bil-Malti u bl-Ingliż li jfakkru l-pubbliku fuq l-importanza li wieħed iżomm id-distanza minn ħaddieħor.

Aquilina spjega li minkejja li r-raħal huwa wieħed żgħir, xorta għad hemm ċertu postijiet fejn jinġabru n-nies, fosthom quddiem l-ispiżerija, ħwienet oħra u anke ħdejn bus-shelters. B’hekk ħassew il-bżonn li fuq il-bankini jagħmlu sinjali bil-Malti u bl-Ingliż biex kulħadd jiftakar jimxi mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Hu appella sabiex meta l-pubbliku jkun qed jistenna xi mkien, iżomm id-distanza.

Xtaqt li bħala kunsill lokali inkunu pro-attivi f'din is-sitwazzjoni. Għalkemm raħal żgħir, xorta għandna ċertu…

Posted by Wayne Aquilina – Sindku tal-Kalkara on Monday, April 13, 2020