Żminijietna taqbel mal-iffriżar tal-embrijuni imma tesiġi diskussjoni serja

Żminijietna – Leħen ix-Xellug qalet li fil-prinċipju taqbel mal-iffriżar tal-embrijuni, imma tisħaq li hemm bżonn ta’ aktar diskussjoni serja fuq is-suġġett qabel jiġu finalizzati l-emendi l-ġodda fuq din il-liġi.
Fi stqarrija, Żminijietna qalet li l-Gvern hu fid-dmir li jippromwovi aktar dibattitu fuq dan is-suġġett, kemm fil-Parlament kif ukoll fis-soċjetà ċivili.
"Ma naqblux ma' argumenti konservattivi estremi li qed jitressqu dwar is-suġġett, li minnhom infushom jitfgħu f’dell ikrah l-aspett pożittiv ta' tali emendi għal-liġi eżistenti,” kompliet tgħid l-istqarrija.