Żminijietna – Leħen ix-Xellug tappoġġja l-protesta ta’ żvilupp f’Pembroke

Żminijietna – Leħen ix-Xellug qalet li spazji pubbliċi għandhom jservu biss għall-interess pubbliku.
Fi stqarrija Żminjietna – Leħen ix-Xellug 
qalet li l-Gvern u l-partiti fl-oppożizzjoni m’għandhomx jagħtu permess biex entità privata takkwista mingħand l-Istat, art pubblika f'Pembroke u tiżviluppa f’istituzzjoni edukattiva privata.  
Sostniet li ż-żona mmarkata għall-iżvilupp hi parti minn spazju naturali miftuħ, bl-aktar imfittex mil-pubbliku għall-użu rikreattiv u li ż-żona hi wkoll attrazzjoni għal abitat naturali u għal speċi differenti ta’ pjanti, għasafar u nsetti.    
L-Għaqda sostniet li ż-żona għanda tibqa’ sservi bħala spazju naturali miftuħ, biex titgawda mil-pubbliku, filwaqt li tenfasizza li l-uniku proġett li għandu jsir f’dik iż-żona hu dak ta’ aktar forestazzjoni, biex tiġi msaħħa l-eko sistema tal-post”.