Żmien kritiku għal Liverpool – Sadio Mane

Sadio Mane qal li dan iż-żmien għal Liverpool huwa kritiku. Dan qalu wara li Liverpool sofrew mit-tielet telfa minn erba’ logħbiet. Waħda mit-telfiet waslithom ukoll jinqalgħu mill-FA Cup.

It-tim ta’ Jurgen Klopp kien qed jimmira li jqum lura fuq saqajh wara li kellu riżultat diżappuntanti kontra Watford. Dan waqqfilhom ir-ritmu li kienu qabdu. Dan il-pjan ma ħadimx aktar tard fil-ġimgħa ġewwa Stamford Bridge. Liverpool bdew il-logħba b’seba’ tibdiliet mil-logħba li b’sorpriża tilfu kontra Watford, iżda l-pjan għar-rebħ xorta baqa’ ma mmaterjalizzax.

Mane kien fost il-ftit mit-tim li dak il-lejl kien raġġ ta’ tama għal Liverpool iżda meta kkumparat mal-bqija tad-drabi ta’ meta lagħab, il-wirjda tiegħu ma kinitx sodisfaċenti biżżejjed. Sfortunatament tilef numru kbir ta’ opportunitajiet ta’ gowls.