Zlatan lura għal ma’ Milan?

L-eks plejer internazzjonali Żvediż Zlatan Ibrahimovic qiegħed f’kuntatt ma’ AC Milan biex possibbilment jirritorna mat-tim Taljan. Dan irrapurtatu l-gazzetta Ingliża BBC Sport.

Hu mifhum li hemm aktar klabbs li wrerw interess fil-plejer li għandu 38 sena. Hu telaq lil LA Galaxy fl-aħħar tal-istaġun tal-Major League Soccer.

Jidher li fl-Italja qed tikber il-kunfidenza li l-attakkant se jingħaqad mill-ġdid ma’ Milan fejn kien għamel żewġ staġuni mill-2010. Fiż-żmien li għamel ma’ Milan, Ibrahimovic skurja 42 gowl f’61 logħba.

Milan għadhom ma rebħux trofew maġġuri mindu rebħu t-18-il titlu Taljan lura fl-2011.