Zlatan jiffirma kuntratt ta’ 6 xhur ma’ AC Milan

L-eks plejer internazzjonali Żvediż Zlatan Ibrahimovic se jingħaqad ma’ AC Milan għal sitt xhur u jista’ jkun li jagħmel staġun sħiħ wara. Dan irrappurtatu l-gazzetta tal-isport BBC.

Il-plejer ta’ 38 sena ma kien marbut mal-ebda klabb wara li telaq minn ma’ LA Galaxy fl-aħħar tal-istaġun tal-Major League Soccer. Il-klabb tas-Serie A stqarr li Ibrahimovic se jmur Milan fit-2 ta’ Jannar 2020 biex jagħmel it-testijiet medikali qabel jingħaqad ma’ sħabu.

Ibrahimovic stqarr li se jkun qed jirritorna ma’ klabb li għandu rispett bla qies lejh.

Jidher li fl-Italja aktar kmieni din il-ġimgħa, kienet qed tikber il-kunfidenza li l-attakkant se jingħaqad mill-ġdid ma’ Milan fejn kien għamel żewġ staġuni mill-2010. Fiż-żmien li għamel ma’ Milan, Ibrahimovic skurja 42 gowl f’61 logħba.

Milan għadhom ma rebħux trofew maġġuri mindu rebħu t-18-il titlu Taljan lura fl-2011.