Zlatan għal ma’ Milan jew United?

Qed ikun irrappurtat li Zlatan Ibrahimovic se jkun qed jirritorna m’a wieħed mill-eks klabbs, iżda bi sfortuna għal Manchester United, jidher li se jkun qed jiffirma ma’ AC Milan.

Ibrahimovic li għandu 38 sena se jkun qed jagħmel l-għaxar trasferiment tiegħu tul il-karriera ta’ suċċess li kellu. Aktar kmieni din is-sena lagħab l-aħħar logħba ma’ LA Galaxy li sfortunatament tilfu 5-3 fil-playoffs.

Kien hemm bosta spekulazzjonijiet dwar x’se jkun il-futur tiegħu, uħud qalu li kien se jmur ma’ Napoli jew United u oħrajn waslu biex qalu li se jirtira.