Żjara mill-Kuwajt lir-residenti tad-Dar tal-Providenza

Il-mara tal-Ambaxatur tal-Istat tal-Kuwajt, illum iltaqgħet ma’ uħud mir-residenti ta’ Dar l-Akwarell fil-Qawra. Dar l-Akwarell li hi mmexxija mid-Dar tal-Providenza, hi dar tal-komunità biex persuni b’diżabilità jibdew jgħixu b’mod indipendenti.

Dr Maha Jassim Bourusly iltaqgħet ma’ Christine Borg, waħda mir-residenti, kif ukoll ma’ Anna Maria Davis, li tieħu ħsieb iċ-Ċentru Agrikolu San Isidoru fid-Dar tal-Providenza.

Il-mara tal-Ambaxxatur, ħadet interess fil-prodotti li jippreżervaw u jbiegħu ir-residenti li jaħdmu f’dan iċ-Ċentru.

Hija żaret id-Dar u sabet ħin biex tiltaqa’ u titkellem ma’ għadd ta’ residenti.