Żjara lill-Kummissarju Tonio Borg mill-Ispeaker Anġlu Farrugia

L-Ispeaker Anġlu Farrugia għamel żjara ta' kortesija lill-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Tonio Borg fi Brussell. 

Aktar tard il-Kummissarju ltaqa’ mad-delegazzjoni parlamentari Maltija li qiegħda fuq żjara ta’ informazzjoni dwar l-Istituzzjonijiet Ewropej. 

Fost materji oħra, ġiet stabbilita proċedura dwar għajnuna teknika u esperta li tista’ tingħata lill-Parlament Malti mill-Kummissjoni fit-tħaddim tal-obbligi li għandu l-Parlament nazzjonali taħt it-Trattat ta’ Lisbona.

L-Ispeaker kellu wkoll laqgħa ta' kortesija mar-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea Marlene Mizzi. Huma ddiskutew l-importanza li l-Parlament Nazzjonali Malti għandu, flimkien ma' parlamenti nazzjonali oħra, u dan bis-saħħa tal-poteri mogħtija bit-Trattati Ewropej ewlenin, fosthom id-dispożizzjonijiet li daħlu fis-seħħ bit-Trattat ta' Lisbona.