Żjara lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Cricket

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo żar l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Cricket waqt turnament bejn tim Malti u tim minn New South Wales l-Awstralja.

Fid-diskors tiegħu, Buontempo qal li dawn l-attivitajiet juru l-potenzjal li l-pajjiż kapaċi joffri fil-qasam tat-turiżmu sportiv. Huwa qal li klabbs sportivi għandhom jkomplu jieħdu inizjattivi.

Il-cricket f’Malta, li ilu jintlgħab għal aktar minn mitt sena fl-istess post, ta’ kull sena jospita' timijiet barranin.

 

Ritratt – DOI