Żjara Franġiskana fil-Parroċċa ta’ Ħal Luqa

Il-Patrijiet Franġiskani se jagħmlu żjara Franġiskana fil-Parroċċa ta' Ħal Luqa li se tkun tinkludi f'talb u quddies fil-Knisja Parrokkjali kif ukoll f'dik f'Ħal Farruġ bejn illum u l-Ħadd 25 ta' Awwissu. 

Dan b'kollaborazzjoni mas-Sorijiet Klarissi, is-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta' Marija, is-Sorjiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù, is-Sorijiet Franġiskani Missjunarji tal-Qalb bla tebgħa ta' Marija u ma' diversi lajċi Franġiskani.

Iż-żjara qed issir fuq l-istedina tal-Papa Franġisku f'għeluq il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-bajja ta' Copacabana l-Brażil u bħala parti mill-kontribut tagħhom għas-Sena tal-Fidi. 

F'din l-attività fost l-oħrajn se jagħtu sehemhom 36 missjunarju.