Żjara fl-għassa tal-pulizija ta’ San Ġiljan f’Jum il-Milied

F’Jum il-Milied, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela żar l-għassa tal-Pulizija f’San Ġiljan.
Flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar, irringrazzjaw lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma tagħhom matul is-sena, speċjalment fil-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena.
Il-Ministru Abela wera l-apprezzament tiegħu li filwaqt li kulħadd ikun qed jiċċelebraw matul il-festi, il-Pulizija jkomplu bid-dmirijiet tagħhom biex iħarsu s-sigurtà tal-poplu. 

Ritratt: The Malta Police Force fuq Facebook