Ziyech ta’ Ajax għal ma’ Chelsea: se jiswihom €40 miljun

Chelsea kkonfermaw li Hakim Ziyech se jkun qed jingħaqad mat-tim fl-aħħar tal-istaġun. It-tim ta’ Frank Lampard daħlu fi qbil ma’ Ajax biex jixtru lill-Marokkin għal madwar €40 mijun.

Il-partitarji kienu fuq ix-xwiek biex jaraw x’inhu jiġri wara li l-kap ta’ Ajax Erik ten Hag ikkonferma dan. Ajax ħarġu l-aħbar permezz ta’ stqarrija fuq is-sit elettroniku tal-klabb. L-istqarrija kienet tgħid li Ajax u Chelsea qablu biex isir it-trasferiment ta’ Hakim Ziyech.

Ziyech se jkun qed jispiċċa l-istaġun ġewwa Amsterdam, iżda mbagħad se jkun qed jingħaqad ma’ Chelsea fl-ewwel ta’ Lulju, 2020.