Zingaretti f’inċident tat-traffiku f’Ruma

L-attur Taljan Luca Zingaretti, magħrufa għall-interpretazzjoni tiegħu fis-sensiela Montalbano llum il-Ħadd kien involute f’inċident tat-traffiku waqt li kien qed isuq il-mutur tiegħu. F’ħin minnhom huwa ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 61 sena li mill-ewwel mar jagħtih l-għajnuna.

Filwaqt li l-mutur li kien qed isuq Zingaretti jingħad li spiċċa mkisser, l-attur Taljan ma jidhirx li sofra xi ġrieħi gravi tant li ma mar għall-ebda kura l-isptar u l-attur għażel li jċempel taxi biex twasslu lura d-dar.

Zingaretti ikkummenta li l-aqwa li ħadd ma kien weġġa’ f’dan l-inċident.