Zinchenko jipproponi lit-tfajla fil-grawnd ta’ Kiev

L-Ukranjan Alex Zinchenko ippropona lill-preżentatriċi televiżiva Vlada Sedan wara li l-Ukranja rnexxielhom jikkwalifikaw għall-Euro 2020.

L-istilla ta’ Manchester City li għandu 22 sena, niżel fuq irkopptu ġewwa l-grawnd ta’ Kiev li jesa’ 70,000 persuna. Hu pproponielha quddiem qalb iffurmata mill-ward. Hu tella’ ritratt ħlejju fuq Instagram u ddeskrivih bħala l-aktar IVA importanti ta’ ħajtu.

Dan kompla jikkumplimenta s-suċċes li kiseb s’issa fil-futbol.