Żimbabwe: Ir-riżultati tal-elezzjonijiet joħorġu f’ħamest ijiem

F’Żimbabwe jinsab għaddej l-għadd tal-voti wara li lbieraħ saru l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari tal-pajjiż.

F’dawn l-elezzjonijiet kienu ħafna li ħarġu jivvutaw, bit-taqtiegħa tinsab bejn il-President Robert Mugabe u l-Prim Ministru Morgan Tsvangirai.

Ir-riżultati mistennija joħorġu fi żmien ħamest ijiem.

Mugabe, li għandu 89 sena, qal li jekk il-partit tiegħu ma jirbaħx, se jirtira wara 33 sena fil-poter.

Il-pulizija wissiet li se tkun qed tieħu azzjoni kontra dawk li jippruvaw joħorġu r-riżultati qabel iż-żmien.