Żigużajg jiċċelebra l-arti, il-kreattività u t-tfal

Bħalissa għaddej il-festival Żigużajg, li l-għan tiegħu hu li jiċċelebra l-art, il-kreattività u t-tfal.
Bħal kull sena jkunu għaddejin għadd ta' attivitajiet fosthom wirjiet tal-arti mit-tfal stess.
Fost dawn, bħalissa hemm wirja fil-Kavallier ta' San Ġakbu l-Belt Valletta.
Fl-aħħar jiem, il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca sabet il-ħin u żaret din il-wirja.
Iżjed dettalji dwar dan il-festival billi tagħfas hawn.