Żigużajg għan-Notte Bianca wkoll

Bħala parti mill-attivitajiet tan-Notte Bianca ta’ din is-sena, Żigużajg, il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, se jkun qed jorganizza programm għall-familja u t-tfal fil-Barrakka ta’ Fuq.
Fil-programm se jieħdu sehem Trevor Zahra, Govann Attard mad-Drama Unit, Peter Paul u Antoine minn Tribali fost oħrajn.
Barra l-attrazzjonijiet fuq il-palk prinċipali, se jkun hemm animazzjonijiet oħra fosthom spettaklu bil-pupazzi u workshop fuq l-arti mit-tim tal-animazzjoni tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.
Żigużajg ta’ din is-sena se jsir bejn is-17 u t-23 ta’ Novembru u n-Notte Bianca se tkun biss togħma żejra ta’ dak li hemm lest għat-tfal f’Novembru.