Żifna kkulurita fis-sema Marsi

Fireworks

L-istaġun tal-festi Maltin u Għawdxin għas-sajf infetaħ permezz tal-festa tat-Trinità Qaddisa fil-Marsa. 
Il-marċ tradizzjonali u rinomat mal-poplu Marsi tal-Banda Trinità Qaddisa se jsir għada bejn il-11am u 3pm. Dan il-marċ se jintemm bi spettaklu ta’ karti u nar issinkronizzati mal-mużika faċċata tas-sede tas-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa,li se jiġi organizzat għall-ewwel darba fil-Marsa.
L-attivitajiet festiġġjużi bdew ilbieraħ, bil-Marċ tal-Aħħar Tridu u spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika bl-isem ta’ Dancing Colours in the Sky, organizzat mill-Kummissjoni Trinitarji fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa.