Filmat: Kuċċier ta’ karozzin gravi wara ħabta ma’ karozza

Aġġornat 05:50 PM

Read in English.

Kuċċier ta’ karozzin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ karozza.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għan-12.30pm fi Triq Diċembru 13. Jidher li kien hemm ħabta bejn il-karozzin u vettura. Wara l-ħabta, iż-żiemel sfratta, ħarab u laqat tliet vetturi, sakemm spiċċa maqbud bejn il-barrikati.

Ir-raġel ta’ 30 sena minn Ħaż-Żebbuġ ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

Il-karozza involuta fl-inċident kienet misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Marsa.

info@newsbook.com.mt