Żiemel jiżloq fil-Belt; karozzin jibqa’ dieħel fil-barrikati

Ritratt ta’ karozzin taż-żwiemel qed jiċċirkola madwar Facebook, fejn jidher li l-karozzin baqa’ dieħel fil-barrikati tat-triq.

L-Animal Liberation Malta tefgħu post fuq Facebook fejn tefgħu wkoll link għall-petizzjoni biex jitwaqqfu l-karozzini taż-żwiemel.

Here we go again! Now in Valletta…Stop this madness! Please Sign the petition and share>> bit.ly/ban-horse-carriages

Posted by Animal Liberation Malta on Monday, August 27, 2018

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li ż-żiemel żelaq, u ma kien hemm l-ebda ġrieħi. Dan ġie wara n-numru ta’ każijiet jikkonċernaw is-saħħa taż żwiemel, fosthom żiemel li ikkolassa fil-Pietà, u ieħor li miet il-Furjana. Lejn il-bidu t’Awwissu, kien hemm protesta kontra l-karozzini taż-żwiemel.