Żiemel jisfratta f’San Ġwann

Żgħażugħ u mara sofrew ġrieħi ħfief  wara li żiemel sfratta f’San Ġwann.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30 ta’ dalgħodu fi Triq Bella Vista f’ San Ġwann meta il-kuċċier, li għandu 18-il sena kien qiegħed isuq iż-żiemel.

Iż-żgħażugħ kien sejjer biż-żiemel lejn Triq Taż-Żwejt minn Triq Reġjonali meta ż-żiemel sfratta u tefgħu fuq il-windscreen ta’ karozza misjuqa minn mara ta’ 33 sena.

Kemm il-kuċċier kif ukoll il-mara huma residenti San Ġwann. Iż-żiemel inżamm min-nies li kienu fuq il-post.