Filmat: Żiemel jisfratta u jidħol f’karozza fil-Gżira

Żiemel, li kien qed jiġbed karozzin, sfratta f'Tas-Sliema u baqa' dieħel f'karozza f’Rue D’Argens il-Gżira.
Il-każ seħħ ftit qabel il-11:30am. 
Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta' 65 sena minn Tas-Sliema. Il-kuċċier tal-karozzin, raġel ta' 28 sena minn Tas-Sliema ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. 
Iż-żiemel tilef ħafna demm minn siequ u ġarrab xi feriti.
Ftit wara l-inċident, iż-żiemel ittieħed minn fuq il-post.  
Għaxart ijiem ilu, żiemel ieħor miet wara li ħabat ma' karozza f'Ħ'Attard.

Ritratti: Facebook