Żiemel jikkollassa fil-Pietà

Żiemel intelaq minn tul fl-art wara felaħx ikompli jimbotta karozzin bis-sħana fil-Pietà.

Dan ġab l-istmerrija ta’ bosta fuq il-meżżi soċjali wara li Jop Houtman Camara ra l-inċident u tella’ ritratt fuq facebook. L-inċident reġa qajjem dibattitu etern dwar l-użu ta’ żwiemel biex imexxu l-karozzini fuq ix-xhur tas-sajf.

Minkejja d-diversi miżuri meħuda mill-awtorijiet biex jipprovdu kenn mix-xemx  u s-sħana tas-sajf għaż-żwiemel tal-karozzini, xorta inċidenti bħal dawk tal-bieraħ reġgħu jqajjmu l-għajta biex l-użu tagħhom jinqata’ minħabb l-moħqrija fuq l-annimali.

Min-naħa tiegħu, Camara li ra l-inċident iseħħ quddiem għajnejh għamel appell lit-turisti kollha biex jaħsbuha darbtejn qabel ma jirkbu karozzin.

Kienu bosta urew li anke jekk il-kuċċiera jżommu liż-żwiemel tagħhom b’mod tajjeb, m’għandhomx joħorġuhom fis-sigħat ta’ filgħodu. Oħrajn talbu għal bidla fil-liġi biex tiġi evitata l-moħqrija fuq iż-żwiemel.

Fil-11 ta’ Awwissu mistennija ssir protesta l-Belt Valletta kontra l-użu tal-karozzini.