​Żieda ta’ kważi 70% fil-pagamenti internazzjonali minn Malta

Fl-aħħar tliet xhur tas-sena l-oħra, Malta rnexxielha żżid b’70% l-valur totali tat-transazzjonijiet finanzjarji li ntbagħtu barra mill-pajjiż.
Dan meta fl-2017 Malta bagħtet b’kemm jiswew €328 miljun f’pagamenti internazzjonali, meta l-valur fl-istess xhur tas-sena ta’ qabel kien jammonta għal €194 miljun.
Stimi maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li dan it-titjib jista’ jiġi attribwit l-aktar għal dħul akbar mis-settur tas-servizzi, ewlenin fosthom żieda fl-investiment tal-assi u tal-portafoll.
B’dan iċ-ċaqlieq, l-NSO qal li r-riservi tal-assi ta’ Malta żdiedu wkoll bi kważi €25 miljun.