Żieda ta’ kważi 10% fin-numru ta’ persuni jirreġistraw

F’Lulju, in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien jammota għal 7,298. Dan jimmarka żieda ta’ 634 persuna, li hija ekwivalenti għal żieda ta’ 9.5% fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Skont informazzjoni maħruġa mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC, in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Malta kien jammonta għal 6,565. Dan ifisser żieda ta’ 9.6% jew 576 persuna.

F’Għawdex u Kemmuna, dan l-ammont tela’ għal 733, żieda ta’ 58 persuna ekwivalenti għal 8.6%.

Dawk li jirreġistraw u li għandhom aktar minn 45 sena telgħu b’227, filwaqt li dawk ta’ 20 sena jew inqas naqas b’48 persuna.