Żieda ta’ €6.7 miljun f’benefiċċji soċjali

Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ispiża fil-benefiċċji soċjali żdiedu b’€6.7 miljun meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
Mill-istatistika tal-NSO jirriżulta li bejn Jannar u Ġunju, il-benefiċċji soċjali kienu jammontaw għal €412.3 miljun jew żieda ta’ 1.7%. 
Kien hemm żieda ta’ €10.9 miljun fil-benefiċċji mhux kontributorji, filwaqt li l-benefiċċji kontributorji kienu jammontaw għal €303.5 miljun jew tnaqqis ta’ 1.3%.