Żieda ta’ €32 miljun fil-benefiċċji soċjali

Matul is-sena li għaddiet, in-nefqa totali fuq il-benefiċċji soċjali kienet ta’ €814.5 miljun, żieda ta’ €31.9miljun jew kważi 4% fuq l-2012.
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, intefqu aktar flus f’Pensjonijiet tal-Irtirar, Għajnuna Soċjali u Children's Allowances. Iż-żidiet ġew irreġistrati kemm fil-benefiċċji kontributorji u kemm f’dawk mhux.
Kien hemm żieda ta’ €20 miljun fil-benefiċċji kontributorji, jiġifieri bonuses, pensjonijiet tal-irtirar u tal-invalidità.
In-nefqa fuq benefiċċji mhux kontributorji żdiedet bi €11.9miljun, l-iktar f’Għajnuna Soċjali u Children's Allowances.