​Żieda ta’ €32.50 fil-liċenzja tas-sewqan valida għal 10 snin

Mill-1 ta’ Marzu li għadda daħlet fis-seħħ żieda ta’ €32.50 fil-liċenzja tas-sewqan valida għal  10 snin. B’hekk din il-liċenzja saret tiswa €80.
Fi stqarrija Transport Malta qalet li dawk li jkunu tilfu l-liċenzja u japplikaw għal oħra issa se jibdew iħallsu €18 minflok €25.
Mill-bidu ta’ dan ix-xahar ukoll, Transport Malta estendiet is-servizz tagħha għat-testijiet tal-prattika tas-sewqan. Dan se jibdew isiru s-Sibt ukoll bi ħlas ta’ €16.75 iktar fuq it-tariffa ta’ €23.25. Madanakollu dawk li jagħżlu li jagħmlu t-test matul il-ġimgħa jibqgħu jħallsu €23.25.
Barra minn hekk qed toffri servizz ta’ 24 seigħa lis-sewwieqa li jixtiequ jiksbu jew iġeddu liċenzja tas-sewqan b’mod urġenti.  Din toħroġ fi żmien 24 siegħa bi ħlas ta’ €25 iktar.