Żieda ta’ 9% fil-qgħad f’Awwissu

F’Awwissu li għadda, in-numru ta’ dawk qiegħda tela’ għal 7,425, żieda ta’ 604 jew 8.9% meta mqabbel mal-istess xahar tal-2012.

Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jirriżulta li kienet irreġistrata żieda ta’ 780 persuna jirreġistraw taħt l-ewwel parti u tnaqqis ta’ 177 persuna li jirreġistraw taħt it-tieni parti.

Fuq livell reġjonali, il-qgħad f’Malta tela’ b’9.2% filwaqt li f’Għawdex żdied b’6.2%.

L-għadd ta’ persuni li għandhom 45 sena u li jirreġistraw żdiedu b’7%, filwaqt li dawk li għandhom taħt l-20 sena naqsu b’7.6%.