Żieda ta’ 9.5% fit-turisti li waslu Malta f’Mejju

It-turisti li ġew Malta matul ix-xahar ta’ Mejju żdiedu b’9.5% filwaqt li n-numru tal-iljieli żdiedu bi 2.2%.
Mill-istatistika tal-NSO jirriżulta li f’Mejju waslu Malta 156,747 turist u bejniethom qattgħu aktar minn 819,000 siegħa.
Minnhom aktar minn 148,000 waslu Malta jew żieda ta’ 10% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet filwaqt li aktar minn 8,600 żaru Għawdex u Kemmuna wkoll.
Din tissarraf f’żieda ta’ 2.3%.
Il-lukandi kollha barra dawk ta’ erba’ stillel irreġistraw żieda fin-numru tal-iljieli.
Mill-istatistika jirriżulta wkoll li matul l-ewwel ħames xhur tas-sena, it-turisti li waslu Malta kienu jammontaw għal 562,892 jew 10.8% aktar mill-istess xhur tas-sena li għaddiet.